– Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li l-pajjiż għandu jersaq lejn sistema li fiha iktar nies u familji jsiru sidien ta’ djarhom.
Fid-dibattitu parlamentari dwar is-settur tad-djar, id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li llum l-pajjiż irid jitlaq mill-mentalità u kultura ta’ djar soċjali għaliex l-istrateġija ta’ djar soċjali tpoġġi lin-nies f’kategoriji inferjuri.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sitwazzjoni tad-djar fil-pajjiż turi kemm is-soċjetà tkun miexja ‘l quddiem. Il-GDP tal-pajjiż qed dejjem jiżieded b’rata ikbar mill-medja Ewropea iżda apparti kemm dan qed jikber trid issir diskussjoni dwar kif qed isir dan it-tkabbir.
Hu semma t-3200 familja li qed tapplika għall-postijiet soċjali u qal li minkejja t-tkabbir ekonomiku xorta kien hemm applikazzjonjiet ġodda għal djar soċjali. Għalhekk irid ikun ikkunsidrat jekk il-mudell ekonomiku hux qed iwassal biex i-ħajja ta’ dawn in-nies titjieb. L-affordabbilità għandha tkun ikkunsidrata bi prijorità, sostna Claudio Grech, li kompla li trid tkun ikkunsidrat wkoll il-mod kif qed jiżdiedu l-prezzijiet ta-kirjiet u l-mod kif din qed teffettwa lin-nies.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech semma s-soluzzjonijiet u qal li hemm bżonn bidla fil-kultura biex il-pajjiż jersaq iktar lejn sistema li fiha n-nies isiru sidien ta’ djarhom. Dan hu tragward li mhux soċjali iżda jirrifletti fuq kemm is-soċjetà qed tissaħħaħ. Hu enfażizza l-importanza tad-djar soċjali u r-riġenerazzjoni ta’ żoni li llum huma abbandunati.
//= $special ?>