– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna li l-Gvern ma tax prijorità lis-settur tad-djar soċjali tant li fl-aħħar sena l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tad-Djar telgħu għal 3503.
Fid-dibattitu parlamentari dwar id-djar soċjali, Mario de Marco tkellem dwar is-solidarjetà fis-settur soċjali u qal li l-Gvern Laburista kellu jpoġġi l-akkomodazzjoni soċjali għall-batut u għal min mhux komdu fejn qed jgħix bħala prijorità. Fir-realtà, il-politika ta’ djar soċjali kienet assenti mill-politika tal-Gvern Laburista.
Dan wassal biex is-sena li għaddiet l-applikazzjonijiet quddiem l-Awwtorità tad-Djar żdiedu b’637 waqt li l-applikazzjonijiet telgħu minn 3,044 għal 3,503 applikazzjoni. Dan juri kemm ma kellux suċċess il-gvern Laburista fis-settur tad-djar soċjali; l-problema kompliet tikber flok tnaqqset.
Fl-aħħar leġislatura l-Gvern Laburista ma bena l-ebda appartament u għalhekk il-pjan tal-gvern li jibni 600 unit ġdid se jservu biss biex jissodisfaw iż-żieda fl-applikazzjonijiet is-sena li għaddiet. Il-problema tad-djar soċjali llum hi riżultat tal-prezzijiet tal-kirjiet u l-prezzijiet tax-xiri jiżdiedu b’rati ferm ogħla milli qed jiżdiedu l-pagi. Waħda mill-problemi hi n-numru ta’ ħaddiema barranin li qed jaqilgħu pagi baxxi li wkoll qed jikru bi prezzijiet għoljin.
Il-Gvern għandu jagħmel analiżi tal-applikanti fejn jirriżulta li madwar 40% tal-applikazzjonijiet ġejjin miż-żona tal-Port il-Kbir fejn hemm problemi soċjali u fejn hemm binjiet antiki. Il-PN kien ippropona programm ta’ bini ta’ appartamenti soċjali, is-settur privat ikun involut, l-Awtorità tad-Djar tirrevedi l-iskema ta’ sussidju tal- kirjiet, issir eżenzjoni mill-income tax għal min jikri, reviżjoni tal-iskema ta’ sussijdu fuq il-kera u għajnuna lill-anzjani.
//= $special ?>