– Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-edukazzjoni u qalet li l-għalliema kienu ingannati mill-gvern fil-ftehim settorjali.
Fl-Aġġornament tal-parlament Therese Comodini Cachia qalet li l-MUT ukoll ġiet użata fil-proċess. F’Novembru tal-2017 l-għalliem kellhom jagħmlu strajk għaliex il-ftehim kien skada. Il-Gvern Laburista ħalla lill-għalliema jistennew erba’ snin. Taħt Gvern Nazzjonalista l-għalliema ħadu żewġ ftehim; Gvern Nazzjonalista ma ngannax lill-għalliema anzi għinhom biex jindirizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ lejn l-istudenti li jkollhom diffikultajiet soċjali. Gvern Nazzjonalista kien żied ukoll is-salarji tal-għalliema bla ingann.
Hi sostniet li mhux minnu li l-għalliema se jiżdiedu 20% waqt li l-ftehim ma jagħtix garanziji li l-appoġġ lill-għalliema se jiżied jew li l-għalliema se jkollhom ħin biex jikkoregu. Dan hu ftehim li ma jurix rispett lejn l-għalliema waqt li l-kundizzjonijiet ta’ bħalissa qed jgħajju lill-għalliema.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li s-servizzi edukattivi fis-sistema qed komplu jiddgħajfu. Il-qasma bejn l-għalliema ġabha dan il-Gvern għaliex ingannhom fl-approvazzjoni għall-ftehim u billi offra ftehim li jiddiskrimina bejn l-għalliema.
Dwar l-edukazzjoni, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-għalliema ma jafux kif se jintlaqtu mill-pjani tal-gvern u sostniet li l-AUM hu l-proġett favorit tal-Prim Ministru iżda mhux tal-Ministru tal-Edukazzjoni. Hi qalet li għall-Prim ministru, l-AUM hi brillanti daqs l-Univeristà ta’ Malta. Dan juri li l-PL u l-Prim Ministru m’humiex kburin bl-Univeristà ta’ Malta u ma japprezzawx il-ħidma li din twettaq. Il-Prim Ministru m’għandux idea tal-kwalità tal-edukazzjoni bejn fl-AUM hemm biss 17-il student kontra l-eluf ta’ studenti fl-Univeristà ta’ Malta.
Comodini Cachia qalet li l-ispot check mill-awtorità li tagħti l-liċenzja tal-Università (NCHFE) li sar fl-AUM kien wieħed fażull għaliex fl-AUM kienu jafu minn qabel li san se jsir. Għadu mhux magħruf min se jkun fuq il-Bord tat-Trustees tal-AUM, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li għad mhux magħruf lanqas min qed imexxi din l-università. Fl-ewwel sena l-AUM hemm biss inqas minn 20 student, li 11 minnhom ingħataw boroż ta’ studju meta fl-ewwel sena din kellu jkollha 100 student. Fl-ewwel sena l-AUM kellha timpjega 40 ħaddiema; liema kundizzjoni ma kinitx onorata. Hi appellat lill-gvern biex isib viżjoni ċara fl-edukazzjoni.
//= $special ?>