Lokali

Il-Gvern jaċċetta n-nomina ta’ Simon Mizzi

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera laqa’ n-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex ’ Simon Mizzi jinħatar bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Dan wara li t-tlieta waranofsinhar il-Gvern irċieva n-nomina formali kif inhu mitlub minn Artiklu 6 (2) ta’ Kapitlu 549 dwar l-Att tal-Protezzjoni tal-Ambjent.

Dr. Simon Mizzi huwa akkademiku residenti fi ħdan il-Fakultà tal-Inginerija fl-Università ta’ Malta. Huwa kiseb Dottorat fl-Inġinerija mill-Università ta’ Strathclyde fl-2008 u wara għamel esperjenza professjonali ma’ Rolls Royce, kumpanija ewlenija fl-avjazzjoni ċivili.

Dr Mizzi kien partikolarment iffukat fuq l-iżvillupp sostenibbli tal-avjazzjoni u kien responsabbli mir-Riċerka u l-Iżvillupp bl-iskop li l-industrija isir iktar effiċjenti u tnaqqas l-impatt ambjentali fl-operat tagħha.

Dr Mizzi li għandu 35 sena huwa miżżewweġ b’żewġt itfal u kiseb il-formazzjoni edukattiva tiegħu fil-kulleġġ San Alwiġi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina lil Simon Mizzi fuq il-bord tal-ERA