L-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Jeff Sessions, kien interrogat mill-investigaturi li qed jaraw jekk ir-Russja pruvatx tinfluwenza r-riżultat tal-elezzjoni tal-2016 għall-Presidenza Amerikana. L-investigazzjoni qed tikkonċentra fuq il-possibbiltà li Moska ‘ikkooperat’ għal dan il-għan mal-attivisti fil-kampanja favur il-kandidat Repubblikan Donald Trump — illum President tal-Istati Uniti.
L-interrogazzjoni ta’ Sessions saret il-ġimgħa l-oħra u kienet żvelata proprju issa minn sorsi qrib id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan.
Jeff Sessions hu l-ewwel membru tal-Kabinett ta’ Donald Trump li kien imġiegħel iwieġeb għal dawn il-mistqosijiet.
L-inkjesta dwar l-allegat indħil tar-Russja fl-elezzjoni tal-2016 fl-Istati Uniti qed titmexxa mill-eksdirettur tal-FBI Amerikana, Robert Mueller.
//= $special ?>

