– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna li l-problema tad-djar soċjali tikxef kemm hi kbira l-problema soċjali fil-pajjiż; liema problemi qed jinbidlu kontinwament.
Fid-dibattitu dwar id-djar soċjali, Edwin Vassallo qal li l-gvern għandu jispjega l-pjani tiegħu dwar id-djar soċjali, jekk għandu. Il-pajjiż jeħtieġ jaħseb b’mod differenti dwar il-problema tad-djar soċjali, sostna Edwin Vassallo, li appella biex is-settur tad-djar soċjali ma jibqax wieħed li jkun ikkunsidrat biex jitpartat mal-voti qabel l-elezzjoni.
Edwin Vassallo kompla li l-problema tad-djar soċjali tikxef kemm hi kbira l-problema soċjali fil-pajjiż; liema problemi qed jinbidlu kontinwament. Il-politiċi qed jiftħu toroq ġodda bla kunsiderazzjoni fejn dawn it-toroq se jwasslu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li t-tkissir tal-familja qed toħloq problemi fid-djar soċjali u appella biex il-parlament jaħdem favur it-tisħiħ tal-familja. Hu qal li hi ironija kif l-ekonomija sejra tajjeb iżda jeżistu problemi kbar fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali.
//= $special ?>