– Therese Comodini Cachia, PN
L-għajnuna lill-persuni li jkollhom bżonn djar soċjali għandha tinkludi wkoll assistenza ta’ integrazzjoni fis-soċjetà.
Fid-dibattitu parlamentari dwar id-djar soċjali, id-Deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li fil-pajjiż hawn ir-realtà ta’ persuni li ma jistgħux jaffordjaw il-kera tal-post speċjalment meta dawn ikunu qed qed imantnu lill-familja speċjalment meta dawn ikunu fuq il-paga minima. Hi sostniet li hawn familji separati li fihom in-nisa qatt ma kienu jaħdmu u mas-separazzjoni jkunu jridu jmantnu lit-tfal u jsibu post fejn jgħixu.
Therese Comodini Cachia semmiet każi ta’ problemi soċjali u qalet li għad hawn burokrazija li qed ixxekkel l-applikazzjonijiet għal djar soċjali u enfażizzat li l-ebda politiku m’għandu jeżerċità xi influwenza fuq l-għażla ta’ min għandu jingħata akkomodazzjoni soċjali.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li kull gvern bena djar soċjali u sostniet li tippreferi binja ta’ komunità flok binja ta’ ħafna nies fuq xuxlxin. Hi faħħret l-iskemi li jintroduċu l-gvernijiet iżda dawn m’għandhomx jieqfu sal-punt li jingħata saqaf lill-persuni fil-bżonn għax dawn il-persuni jkunu qed jiffaċċjaw sfidi oħra fosthom nuqqas ta’ ħiliet, diffikutajiet ta’ saħħa u nuqqas ta’ edukazzjoni. Għalhekk il-gvern għandu jiddirġihom fejn isibu l-għajnuna waqt li għandu jkun assigurat li kull persuna li tkun assistita, tintegra fis-soċjetà.
//= $special ?>