Lokali

L-MUMN tirreġistra tilwima industrijali dwar is-social workers fil-ministeru tal-edukazzjoni

Il-Malta Union of Midwives & Nurses kitbet lis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċju tal-Prim Ministru fejn infurmat li b’effett minn nhar it-Tnejn 29 ta’ Jannar is-Social Workers kollha li jaħdmu fil-Ministeru tal-Edukazzjoni ser isegwu direttivi industrijali.

Dan wara li l-MUMN ġiet injorata fit-talbiet tagħha li għamlet lill-Gvern fuq temi marbuta ma’ Żvilupp Kontinwu tal-Professjoni liema suġġet hu strumentali fis-servizz li dawn il-professjonisti jagħtu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

L-MUMN bagħtet din il-korrispondenza lis-Segretarju Permanenti ġimgħa qabel ser jidħlu fis-seħħ id-Direttivi Industrijali sabiex jitħalla żmien li tinstab soluzzjoni. L-MUMN tittama li l-uffiċju tas-Segretarju Permanenti ma jħallux għall-aħħar mument biex tinstab soluzzjoni fuq il-mejda għaliex dak il-ħin jaf ikun tard wisq.