– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li s-sitwazzjoni fis-settur tad-djar soċjali qed iġġib sitwazzjoni ta’ disperament fost ħafna familji.
Fid-dibattitu parlamentari dwar is-settur tad-djar Ivan Bartolo semma’ d-diversi realtajiet li qed jgħixu fihom diversi familji u persuni minħabba ż-żidiet kbar fil-kirijiet. Bħalissa hawn madwar 3,100 każ ta’ akkomodazzjoni soċjali. Is-700 unit li suppost se jkunu lesti sentejn u nos oħra għamdhom jingħataw bi prijorità lill-persuni li għandhom bżonnijiet immedjati.
Dawn il-persuni ma jistgħux jibqgħu jistennew. Il-bini ta’ 700 unit mhux se tissolva l-problema ta’ 3,100 talba għalkemm żgur li din mhux se tissolva. Fis-soċjetà hawn każi ta’ disprament u għalhekk l-Awtorità tad-Djar għandha tkun ġusta.
Jeħtieġ li ssir analiżi tal-persuni li jkollhom bżonn djar soċjali u tingħata wkoll kunsiderazzjoni għall-persuni li jkunu ħadu ħsieb lill-ġenituri tagħhom tul ħajjithom kollha iżda ma jknux jiddependu mill-għajnuna soċjali. Hemm tbatija fost l-anzjani li jirċievu pesnjoni baxxa. Jeħtieġ regolamentazzjoni ċara fejn is-sidien u min jikri, sostna Ivan Bartolo, li kompla li s-suq tal-projetà għandha jkun wieħed sensibbli u ġust. F’suq liberalizzat, is-sussidju mhux dejjem ikun soluzzjoni.
Ivan Bartolo qal li fl-ewwel erba’ snin ta Gvern Laburista ma sar xejn fis-settur tad-djar u ma nbena l-ebda appartament bil-konsegwenza li issa l-problema kibret.
//= $special ?>