Surġent tal-Pulizija, li reġa’ ddaħħal fil-korp wara l-elezzjoni tal-2013, irriżenja mill-Korp tal-Pulizija wara li nqabad fuq cameras tas-sigurtà idaħħal immigranti mingħajr ma jkun iċċekjat il-passaport tagħhom mal-wasla f’Malta.
L-istorja żvelata minn The Times of Malta tgħid li surġent li llum għandu 67 sena minn Bormla, tpoġġa fuq leave sfurzat sakemm issir investigazzjoni interna dwar l-aġir tiegħu. Malli bdiet l-investigazzjoni dan is-surġent irriżenja.
Is-surġent identifikat bħala Mario Camenzuli kien tpoġġa responsabbli mill-pulizija tal-immigrazzjoni fl-ajruport mill-eks-kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit.
Wara jiem ta’ osservazzjoni s-surġent ġie arrestat minn pulizija pajżana waqt li kien għax-xogħol wara li filmati minn CCTV urew kif is-surġent kien qed idaħħal immigranti mingħajr ma jsiru ebda verifiki tal-passaport, xi ħaġa li ġiet ripetuta diversi drabi.
Skont regolamenti tal-Unjoni Ewropea, il-passiġġiera kollha ġejjin minn pajjiżi li mhux fiz-zona Schengen irid ikollhom il-passaporti tagħhom iċċekkjati qabel ma jidħlu f’pajjiż li hu membru ta’ din iz-zona.
//= $special ?>