Internazzjonali

Xokk għall-qtil ta’ tifel fi skola tal-Ġermanja 

Student ta’ 14 il-sena li kien jattendi skola sekondarja f’Lunen, fil-limiti ta’ Dortmund, inqatel minn allegati daqqiet ta’ sikkina, taħt idejn kollega tiegħu.

Ingħad li l-qattiel, li għandu 15 il-sena, kiena jattendi l-istess klassi tal-vittma, u  l-pulizija, bħalissa, għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom fl-inħawi tal-iskola komprensiva ta’ Kathe Kollwitz.

L-aħħar rapporti qalu li l-pulizija kienet qed iżżomm adolexxenti fuq suspett ta’ omiċidju.

Il-każ qajjem xokk u paniku fost l-istudenti u l-qraba tagħhom, li, ngħataw il-counselling għat-trawma minn persuni mħarrġin.

L-istampa Ġermaniża qalet li kemm il-vittma u l-qattiel suspettat huma ċittadini Ġermaniżi, b’talaħħar għandu wkoll passaport tal-Kazakhstan.