Diversi studenti tal-MCAST li għamlu kuntatt ma’ dan is-sit fissru s-sitwazzjoni frustranti li għaddejjin minnha bħalissa, lejlet l-istrajk li sejjħet l-MUT. Dan għaliex issa spiċċaw jagħmlu anke l-attendenzi huma stess.
Fir-ritratt tidher waħda mill-formoli ta’ attendenza li tqassmet dalgħodu.
“Din hija frustranti”, qalilna wieħed mill-istudenti, “għax jekk ma niġbrux l-attendenza aħna se nispiċċaw bla stipendju”.
Studenta oħra qaltilna li huma spiċċaw ballun jiżżefnu bejn l-għalliema tal-MCAST u l-Gvern.
L-MUT ordnat l-għalliema biex jieħdu l-attendenza iżda ma jippreżentawhiex qabel l-aħħar tax-xahar.
Intant għada fl-10am se ssir protesta mill-istudenti tal-MCAST fuq il-kampus ta’ Raħal Ġdid.
//= $special ?>