In-Netwerk tas-Socjetà Ċivili fi stqarrija esprimiet l-apprezzament u l-appoġġ tagħha għall-impenn tal-Ewro Parlamentari Malti David Casa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Dan wara li David Casa kien mhedded u mgħajjar minn esponenti tal-Gvern. Dan hekk kif il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa jinsab fil-pussess ta’ rapport konklussiv tal-FIAU li fih provi ta’ korruzzjoni fil-bejgħ tal-Enemalta.
Filwaqt li jinnota li huwa evidenti li f’pajjiżna teżisti strateġija li permezz tagħha persuni li jitfghu dawl fuq reati kriminali jiġu sistematikament attakkati, in-Netwerk tappella lill-politiċi ta’ rieda tajba u lill-pubbliku b’mod ġenerali sabiex isaħħu l-impenn tagħhom favur il-ġlieda kontra l-kriminalità u l-abbuż ta’ poter.
In-Netwerk jirrimarka li l-istituzzjonijiet ewlenin f’pajjiżna mhux qegħdin jagħtu lill-pajjiż ir-riżultati mixtieqa fil-ġlieda kontra reati finanzjarji u li hawn impressjoni ġenerali li donnu li l-prijorita’ ta’ wħud minnhom hi li jiddefendu lill-gvern iktar milli li jiġġieldu l-abbuż ta’ poter.
Wara t-theddid, issa JPO jgħajjar lil Casa ‘biċċa ġurnalist’
Dan kollu, sostniet in-Netwerk, qiegħed jagħti daqqa ta’ ħarta oħra lill-possibilità li f’pajjiżna jkollna sistema ta’ ġustizzja li taħdem mingħajr ma tħares lejn uċuh u kultura ta’ governanza tajba.
In-Network jemmen li l-kwistjonijiet tassew fundamentali li ġew identifikati mid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li żaret pajjiżna f’Diċembru li għadda għandhom ikunu indirizzati bis-serjetà u mingħajr dewmien.
David Casa jsostni li d-dmir tiegħu hu li jirrapreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi, u mhux lill-Kastilja. Filwaqt li sostna li ebda theddid ta’ arrest m’huma se jżommuh milli jagħmel xogħlu, David Casa sostna li se jkun qed jippubblika r-rapport konklussiv tal-FIAU wara li tkun intemmet l-analiżi ta’ esperti li qed issir bħalissa. Dan ir-rapport għandu jwassal biex il-Prim Ministru jkeċċi lil Konrad Mizzi, qal Casa .
//= $special ?>JPO jhedded lil David Casa …l-MEP jgħid li se jibqa’ jagħmel dak li hu sewwa