Kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna u kif nistgħu nużaw medtodi ġodda ta’ rilassament, kif nikkunsmaw ħwawar differenti u li kollha għandhom benefiċċji differenti, kien suġġetti diskussi waqt Open Day organizzata mill-Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine.
Waqt din l-open day Dr. Yang li jispejalizza fil-mediċina orjentali ħa sehem f’taħdida mal-pubbliku preżenti dwar tipi differenti ta’ eżerċijju li jkun addattat għal persuna li jkollha kundizzjoni partikolari bħal per eżempju l-artrite jew għal min ibati minn uġigħ fl-għonq.
Saret anke diskussjoni dwar terapija b’mod naturali għal min għandu xi kundizzjoni fosthom t-terapija magħrufa bħala acupuncture. Metodi ta’ kif wieħed jista’ jirilassa l-moħħ minn ħafna ħsibijiet u kif persuna tista’ żżomm attitudni ottimista ta’ kif tħares lejn il-ħajja.
Minn attenda għal din l-Open Day kellu anke ċ-ċans jduq xi xorb u ikel tradizzjonali ċiniż bħal tipi differenti ta’ te.
//= $special ?>
