Lokali Parlament

Il-liġi li saret fil-passat dwar il-vjolenza domestika tat riżultati pożittivi…l-Istat saħħaħ l-attenzjoni fuq il-problema

Carmelo Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici tkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-vjolenza fuq il-bażi ta’ ġeneru u vjolenza domestika u qal li dak li sar fil-passat dwar il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika ta riżultat pożittiv fejn l-Istat saħħaħ l-attenzjoni li tingħata lil din ir-realtà. Il-liġi qed tagħti protezzjoni aħjar lill-minuri, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hemm bżonn iktar attenzjoni għad-danni morali.

Mifsud Bonnici tkellem ukoll dwar is-sitwazzjonijiet ta’ meta persuna li tieħu l-liġi f’idejha fejn ħadd m’għandu dritt jieħu l-liġi b’idejh. Il-qrati Maltin kienu attenti ħafna biex ma jippermettux li xi ħadd jieħu l-liġi b’idejh.

Dwar il-pieni, hu qal li dawn żdiedu b’mod qawwi iżda mhux kull żieda fil-piena jkolha l-effett li l-Istat ikun irid. Il-liġi qed tbiddel kollox radikalment dwar l-isturpu fejn il-qorti issa se jibdew il-ġurisprudenza dwaru.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kunsens taċitu u qal li dan kien dejjem element kontest li jiftaħ l-bibien. Hu sostna li din il-parti għandha tkun mibdula. Carmelo Mifsud Bonnici appella biex l-esperjezna tal-medjaturi għandha tkun ikkunsidrata.