Lokali

Jerġa’ jiżviluppa nar fl-impjant ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala

Ritratt: Protezzjoni Ċivili ta' Malta

Illejla għall-ħabta tal-5:30pm reġa’ żviluppa nar fl-impjant ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala.

In-nar beda f’sezzjoni tal-impjant ġewwa Sant’Antnin f’Marsaskala li jitmexxa minn WasterServ, fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li dan seħħ permezz ta’ xi materjal relatat mal-piroteknika, li seta’ kien imħallat mal-iskart li daħal fl-impjant biex jiġi proċessat.

Minnufih il-WasteServ ħadet il-miżuri kollha ta’ prekawzjoni sabiex in-nar jiġi kkontrollat, filwaqt li ntalbet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll dik tal-Pulizija u l-EOD tal-Forzi Armati.

Ħadd mill-ħaddiema ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Ħmistax ilu wkoll żviluppa nar qawwi fuq in-naha ta’ ġewwa ta’ dan l-impjant, waqt li f’Mejju li għadda żviluppa nar qawwi fuq barra.

FILMAT: Mill-ġdid nirien fl-impjant ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala

In-Nar fl-impjant ta’ Sant’Antnin: Avviż importanti mill-Protezzjoni Ċivili