Ftit tal-ħin ilu f’Lausanne l-Iżvizzera telgħu l-poloz tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League. Il-logħbiet ta’ din il-kompetizzjoni se jsiru fuq sitt matchdays b’żewġ logħbiet f’Settembru, Ottubru u Novembru rispettivament. Il-kompetizzjoni finali tal-UEFA Nations League għall-erba’ timijiet li jirbħu l-gruppi tal-ogħla diviżjoni se ssir f’Ġunju tal-2019.
Għall-finali tal-UEFA Nations League, ir-rebbieħa tad-Diviżjoni A jilagħbu b’format ta’ knock-out biex isir ir-rebbieħ tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League. Wieħed mill-pajjiżi ospitanti se jintgħażel mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA f’Diċembru ta’ din is-sena mit-timijiet finalisti. Il-logħbiet tal-play-off isiru f’Marzu.
Fost l-aktar gruppi missielta speċjalment fl-ogħla diviżjoni, hemm Grupp A li jinkludi lill-Ġermanja, Franza u l-Olanda filwaqt li Grupp D jinkludi lil Spanja, l-Ingilterra u l-Kroazja. Malta bħat-timijiet Ewropej kollha kienet f’din il-polza. It-tim nazzjonali Malti tela’ fi Grupp Ċ tad-Diviżjoni D flimkien mal-Ażerbajġan, il-Gżejjer Faroe u l-Kosovo.
Il-poloz kollha huma dawn:
Diviżjoni A
Grupp 1 – Ġermanja, Franza, Olanda
Grupp 2 – Belġju, Żvizzera, Iżlanda
Grupp 3 – Portugall, Italja, Polonja
Grupp 4 – Spanja, Ingilterra, Kroazja
Diviżjoni B
Grupp 1 – Slovakkja, Ukrajna, Repubblika Ċeka
Grupp 2 – Russja, Żvezja, Turkija
Grupp 3 – Awstrija, Bożnija, Irlanda ta’ Fuq
Grupp 4 – Wales, Irlanda, Danimarka
Diviżjoni Ċ
Grupp 1 – Skozja, Albanija, Iżrael
Grupp 2 – Ungerija, Greċja, Finlandja, Estonja
Grupp 3 – Slovenja, Norveġja, Bulgarija, Ċipru
Grupp 4 – Rumanija, Serbja, Montenegro, Litwanja
Diviżjoni D
Grupp 1 – Georgia, Latvja, Każakistan, Andorra
Grupp 2 – Belarus, Lussemburgu, Moldova, San Marino
Grupp 3 – Ażerbajġan, Gżejjer Faroe, Malta, Kosovo
Grupp 4- Maċedonja, Armenja, Liechtenstein, Ġibiltà
//= $special ?>