Lokali

L-Emirates bi Prezzijiet Speċjali għal Dubaj

Il-vaganza tal-ħolm tiegħek għal Dubaj issa tista’ ssirlek realtà bit-tnedija ta’ offerta speċjali minn Malta għal Dubaj mal-linji tal-ajru Emirates. Il-prezz speċjali ta’ €665 japplika għal kull min jibbukkja l-btala jew it-titjira tiegħu għax-xogħol bejn it-22 ta’ Jannar u t-28 ta’ Frar 2018, u jmur Dubaj bejn it-22 ta’ Jannar u l-15 ta’ Diċembru 2018.

Minn Dubaj, l-Emirates qed toffri wkoll network estensiv ta’ aktar minn 150 destinazzjoni f’84 pajjiż u territorju. Minn Malta tista’ faċilment tagħmel konnessjoni b’waqfa waħda fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubaj għal destinazzjoni popolari fil-Lvant Imbiegħed u l-Awstralasja. Barra mill-għażla u l-konnessjoni, l-Emirates qed toffri wkoll lill-klijenti tagħha vjaġġi komdi u l-aħjar servizzi fl-industrija.

It-titjira Malta-Larnaca-Dubaj topera bl-ajruplan wiesa’ Boeing 777-300ER tal-Emirates, bi tmien Suites Privati fl-Ewwel Klassi (First Class), 42 seat b’dahar li jinżel ċatt fil-Klassi tan-Negozju (Business Class), u 310 seats spazjati fil-Klassi Ekonomika (Economy Class). Is-sistema ta’ divertiment ice ta’ fuq l-ajruplan tinkludi aktar minn 3000 stazzjon ‘on-demand’ u rebħet diversi unuri. Il-piż massimu li tippermetti l-Emirates għal kull bagalja huwa wkoll ġeneruż – sa 35kg fil-Klassi Ekonomika. L-Emirates toffri prodotti ta’ kwalità u ta’ valur għal flusek.

Il-passiġieri li jsiefru mal-Emirates ikunu ħerqana wkoll għall-menujiet tal-ikel abbord tagħha minn kċejjen ispirati mil-lokal, u għas-servizz mill-aqwa offrut mill-membri internazzjonali tal-kabina b’aktar minn 130 nazzjonalità, li jinkludu membri Maltin.

Għal tagħrif ieħor jew biex tibbukkja titjira mal-Emirates b’dawn il-prezzijiet speċjali, idħol fis-sit emirates.com/mt jew ikkuntattja lill-aġent lokali tal-ivvjaġġar tiegħek.