– Edwin Vassallo, PN
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-vjolenza dometsika, id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li din hi liġi li tnaqqas il-libertà tal-kuxjenza u tal-persuna, toħodha kontra l-awtoritajiet fejn l-istat isir suprem.
Wara laqgħa mal-Kap, il-Partit tani l-fakultà li nivvota kif inħoss u għandi oġġezzjoni għal din il-liġi u għalhekk se nivvota kontra għax l-Istat se jkun stat li jikkmanda dak li hu deċiż min-natura, sostna Edwin Vassallo. Hu qal li ma jaqbilx li l-gvern jieħdu r-rowl tan-natura li tiddeċiedi. Fil-liġi issa se jkun hemm żewġ definizzjonijiet.
Edwin Vassallo qal li l-PN hu kontra l-abort u favur il-ħajja mill-bidu tal-konċepiment sat-tmiem naturali tal-ħajja. Hu kompla li l-Gvern għandu jiddikjara li se temenda li l-abort se jkun kundannat bil-kunens u bla kunsens. Jekk dan ma jsirx, il-Gvern jkun qed jiftaħ it-tieqa għall-abort. Hu sostna li kull abbuż kontra d-dinjità tal-bniedem hu ħażin.
Edwin Vassallo kompla li l-gvern ta l-portata tiegħu lil din il-leġiżlazzjoni. Il-gvern issa se jibda jiddeċiedi hu x’inhu l-ġeneru tal-persuna u l-liġi naturali qed titwarrab. Edwin Vassallo qal li l-loġika llum m’għadhiex ir-rispett lejn ir-raġel u l-mara jew lejn il-maskil u l-femminil. Hu qal li hu ma jistax jivvota favur loġika li tipprova tagħmel lil kulħadd xorta.
//= $special ?>