Lokali Parlament

Meħtieġa garanzija li mhux se tinfetaħ tieqa għall-abort

– Robert Cutajar, PN

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-liġi dwar il-vjolenza domestika id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li għandu jsir kull sforz biex il-parlament jibgħat messaġġ qawwi li hu kontra kull tip ta’ vjolenza domestika.

Din il-liġi m’għandha tagħti l-ebda possibbiltà li jinfetaħ il-bieb għall-abort fil-futur. L-Oppożizzjoni hi favur il-ħajja mill-bidu tal-koċepiment sat-tmiem u għalhekk l-Oppożizjzoni mhix se tkun kompliċi f’leġiżlazzjonijiet li jistgħu jiftħu l-bibien għlal-abort.

Hu qal li l-Oppożizzjoni tista’ tagħmel emendi għal-liġi u appella biex il-Gvern ineħħi kull dubju li din il-liġi tagħti lok li jersaq l-abort.