Internazzjonali

Omm akkużata li ttorturat u qatlet it-tfal tagħha

Maree Crabtree, Awstraljana ta’ 51 sena, kienet akkużata li qatlet iż-żewġt itfal tagħha u li ttorturat oħra tul perjodu ta’ ħames snin.
Crabtree kienet arrestata fil-Gold Coast fi Queensland.
Il-Pulizija qalet li hi kienet qatlet lil bintha ta’ 18-il sena fl-2012 u li t-tifel tagħha ta’ 26 sena, is-sena li għaddiet. It-tnejn kellhom diżabbiltà. Il-Pulizija qed tgħid li Crabtree għamlet dan bi skop li tagħmel gwadann finanzjarju.
Intqal ukoll li Crabtree kellha tifla oħra ta’ 25 sena li kienet torturata minn ommha.