Il-film komiku The Death of Stalin mhux se jitħalla jintwera fir-Russja. Dan wara li l-film intwera lil uffiċjali għolja Russi li ilmentaw dwar il-kontenut tiegħu.
Il-film suppost kellu jibda jintwera fis-swali Russi l-Ħamis.
Il-film tad-direttur Armando Iannucci hi satira tal-ġlieda għall-poter li kien hemm wara l-mewt ta’ Stalin fl-1953. Bħala riżultat ta’ dan ħafna mill-protagonisti verament għexu.
Il-film intwera lil Membri Parlamentari Russi u rappreżentanti tad-dinja tal-films fir-Russja. Imma jirriżulta li ħafna minn dawk li attendew ma kinux kuntenti b’dak li raw.
Projbit fir-Russja l-film The Death of Stalin


