Lokali

RITRATTI: Trakk jegħleb għal fuq ġenb f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta

Ħadd ma weġġa’ meta trakk għeleb għal fuq ġenb wara li weħel f’toqba f’sit tal-kostruzzjoni fil-Mosta.

Il-każ seħħ ftit wara 12pm meta għal xi raġuni, ir-roti ta’ wara tat-trakk inqabdu f’ħofra li hemm fis-sit.

Kawża ta’ dan, il-vettura għelbet għal fuq naħa waħda, b’periklu għax-xufier u għal dawk li kienu qed jaħdmu hemm.

Madankollu, fortunatament, dawn kollha ħelsuha ħafif, hekk kif in-naħa li nqaleb it-trakk ma kienx hemm persuni.