Lokali

Sajjied Taljan jittieħed l-isptar; talab għall-għajnuna meta kien bejn sema u ilma

Sajjied Taljan ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. It-taljan talab l-għajnuna waqt li kien fuq id-dgħajsa tiegħu tas-sajd. Hu nġieb lejn Malta wara li kkuntatja lir-Rescue Coordination Centre Malta tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-AFM, li mmedjatament bagħtet il-helicopter AW 139 biex tevakwa lis-sajjied li kien jinsab madwar 50 mil natwtiku bogħod mill-Kosta ta’ Malta. Il-kundizzjoni medika tiegħu s’issa għadha m’hix magħrufa.