Internazzjonali

Straġi f’Bengażi

Seħħet straġi f’Bengażi wara l-isplużjoni ta’ żewġ karozzi-bomba. Attakk li ħalla tal-anqas 35 persuna – wieħed mill-akbar ammonti ta’ vittmi f’attakk wieħed fil-Libja minn mindu seħħet ir-rewwixta kontra t-tmexxija ta’ Muammar Gaddafi, fl-2011. L-attakk seħħ it-Tlieta filgħaxija hekk kif in-nies kienu ħerġin mill-moskea ta’ Bayaat al-Radwan fid-distrett ta’ Al Salmani. It-tieni splużjoni seħħet 15-il minuta wara, ftit bogħod, hekk kif in-nies inġabru fil-post. Hemm ukoll mas-60 persuna li ndarbu. Ħadd ma ħa r-responsabbiltà għal dan l-attakk. Bengażi hi kkontrollata mill-Armata Nazzjonali Libjana (LNA), li hi mmexxija minn Khalifa Haftar.