Omm u binha, li hu residenti f’Malta, se jibdew proċess quddiem il-Qorti ta’ San Marino akkużati bi flus ġejjin minn attivitajiet illegali, fatturi foloz, serq u riċiklaġġ tal-flus.
Jirriżulta li Gianluca Michele di Muro, ta’ 32 sena minn Turin iżda residenti f’Malta, kellu kumpanija bl-isem ta’ Unid srl f’San Marino li falliha bl-iskop li minnha ħa madwar €300,000. Dan billi rreġistra kontijiet foloz sabiex iqarraq bl-amministrazzjoni finanzjarja.
Mill-investigazzjonijiet joħroġ li kien iqassam il-flus f’numru ta’ kontijiet bankarji madwar San Marino u jgħaddihom minn kont għall-ieħor biex finalment ikun jista’ jiġbidhom u jużahom.
Di Michele issa jrid iwieġeb għall-użu ta’ tranżizzjonijiet bankarji li ma kinux jeżistu, kif ukoll fatturi foloz, serq u ħasil tal-flus. Miegħu akkużata wkoll ommu, Rosa D’Agnelli ta’ 57 sena residenti f’Turin.
//= $special ?>