– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder sotna li l-gvern għandu jirrikonoxxi li vjolenza fuq tarbija fil-ġuf għandha tkun rikonoxxuta bħala reat.
Fid-dibattitu dwar il-vjolenza domestika, Karl Gouder qal lil-Gvern u l-Opożizzjoni għandhom l-istess opinjoni dwar il-gravità tal-vjolenza domestika. Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul issa se ssir parti mil-liġijiet Maltin li fiha l-parlament Malti qed iħares lejn l-umani kollha għalkemm l-aktar li jbatu mill-vjolenza domestika huma n-nisa għalkemm hemm ukoll każi ta’ irġiel li jbatu minnha.
Il-liġijiet tal-pajjiż iridu jipproteġu lil kull individwu f’kull relazzjoni li jkun fiha. Għal xi raġuni tneħħiet ir-riferenza għat-tarbija fil-ġuf bħala wieħed mill-vittmi tal-vjolenza domestika, sostna Karl Gouder, li appella biex dan jerġa’ jiddaħħal fil-liġi. Hu appella biex ikun hemm kampanja ta’ edukazzjoni is-soċjetà.
//= $special ?>