Lokali

Tifla b’diżabilita’ jisirqulha l-iPad li tuża biex tikkomunika mill-Isptar

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Omm tifla b’diżabilita’ bħalissa qed tagħmel appell imqanqal wara li nsteraq l-iPad tat-tifla li tuża biex tikkomunika. Għar minn hekk  l-iPad insteraq mill-isptar, fil-kamra fejn it-tifla bħalissa qed tiġi rikoverata.

Omm it-tifla kitvet li minħabba li t-tifla ma tikkomunikax verbalment, hi tuża dan l-iPad biex tikkomunika. L-omm żiedet tgħid li ma tistax terprimi r-rabja li għandha li l-iPad tant bżonnjuż għat-tifla nsteraq minn post fejn bħalissa bintha qed tingħata kura.