Lokali Parlament

Tinħareġ care order fuq l-aħwa tat-tifla li mietet kawża ta’ debbolizza f’Ħaż-Żabbar

L-Istitut tad-Dumnikani Ħaż-Żabbar - Ritratt: Matthew Tabone

Tliet ijiem wara l-mewt ta’ tifla Nigerjana ta’ seba’ snin li mietet b’kawża ta’ debolizza f’Ħaż-Żabbar, il-każ tagħha tqajjem mill-Oppożizzjoni fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament. Il-Prim Ministru Joseph Muscat li wieġeb flok il-Ministru Michael Falzon li jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern, qal li saret talba biex iż-żewġ aħwa tat-tifla Niġerjana jittieħdu mill-familja permezz ta’ ordni ta ħarsien li ngħatat lill-Ministru tal-familja u solidarjetà soċjali. Il-Prim Ministru indika li din it-talba saret wara l-mewt tat-tifla.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li saret talba biex l-aħwa tat-tifla barranija li nstabet mejta l-Ħadd bil-lejl jittieħdu mill-familja permezz ta’ ordni ta’ ħarsien li ngħatat lill-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali wara li seħħet il-mewt tal-istess tifla.

Il-Prim Ministru qal dan fil-Parlament waqt li ħin tal-mistoqsijiet parlamentari meta wieġeb mistoqsija supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Il-Prim Ministru qal illi inghata tagħrif mill-Ministru konċernat qabel siefer fuq xogħol tal-Gvern u aċċerta lill-Kamra li qed issir inkjesta dwar iċ-ċirkostanzi tal-każ.  Qal li l-familja barranija ta’ din it-tifla ilha tghix Malta għadd ta’ snin u ma kinitx tgħix f’istituzzjoni tal-gvern.  Huwa qal li l-parir biex toħroġ ordni ta’ ħarsien saret mis-social workers u waslet ghand il-Minsitru wara li seħħ il-każ.

Il-Prim Ministru Muscat qal ukoll illi membri tal-komunità Niġerjana f’Malta tkellmu mal-awtoritajiet u wrew tħassib dwar ċerti sinjali minn din il-familja u għalhekk tħejjiet it-talba tal-ordni ta’ ħarsien.  Huwa talab għall-kawtela minħabba l-inkjesta li hemm għaddejja.

Wara tliet ijiem il-Gvern jaħtar “investigazzjoni indipendenti”

B’referenza għall-każ tat-tifla Niġerjana li tilfet ħajjitha matul il-lejl tal-Ħadd, 21 ta’ Jannar 2018, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fi stqarrija ħabbar li ħatar investigazzjoni indipendenti sabiex ikunu stabbiliti l-fatti kollha tal-każ. Din l-investigazzjoni se titmexxa mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras. Dan se jsir b’żieda mal-inkjesta maġisterjali li diġà għaddejja dwar il-każ.

Il-Knisja tippreċiża li t-tifla ta’ seba’ snin li mietet f’Ħaż-Żabbar ma kinitx taħt il-kura tad-Dumnikani

Il-mewt tat-tifla ta’ 7 snin f’Ħaż-Żabbar: “Il-Gvern responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal” – NGOs