Lokali

Trid medja ta’ €430 fil-ġimgħa biex tgħix skont il-Household Budgetary Survey tal-2015

Ġie ppreżentat is-survey tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika dwar l-infieq tal-familji bbażat fuq is-sena 2015-2016, meta mqabbel mal-2008.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew fost l-oħrajn membri ta’ diversi Unions, ġie spjegat kif dan it-tip ta’ survey isir bejn wieħed u ieħor kull seba’ snin u jieħu ħafna żmien biex jiġu analizzati r-riżultati tiegħu.

Infatti s-survey ppreżentat damet tinġabar l-informazzjoni għalih minn April tal-2015 sa Marzu tal-2016.

Minnu joħroġ li l-ammont ta’ residenzi hu ta’ kwazi 165,000(164,815). L-ammont ta’ dħul qabel it-taxxa fuq in-numru ta’ residenzi hu ta’ €5.3 biljun u n-nefqa ta’ dawn ir-residenzi li fis-survey issir referenza għalihom bħala household, hi ta’ €3.7 biljun.

Minn dan il-Household Budgetary Survey joħroġ li l-medja tan-nefqa ta’ kull residenza fl-2015 kienet ta’ €22,346, jiġifieri €430 għal kull household fil-ġimgħa.

Mis-survey joħroġ wkoll li l-ikbar nefqa tibqa’ fuq l-ikel u xorb mhux alkoħoliku, it-Trasport, in-nefqa fuq l-konsum tal-elettriku, ilma, gas u fuel u anke fuq il-ħwejjeġ u żraben.

Meta mqabbel mal-2008 l-infieq ta’ kull residenza fejn jiħdol elettriku, ilma, gas u fuel skont is-survey, dan baqa’ l-istess sal-2015.

Fl-2015 mbgħad kien hemm żieda fin-nefqa tal-ħwejjeġ u ż-żraben, trasport, komunikazzjoni, fl-edukazzjoni, żieda fl-infieq ta’ ristoranti u lukandi u żieda fl-infieq fejn jidħlu prodotti u servizzi meqjusa importanti.

Meta mqabbel mal-2008, fl-2015 kien hemm tnaqqis fl-infieq għall-ikel u xork alkoħoliku, tnaqqis fi prodotti ta’ tabakk u xorb alkoħoliku, tnaqqis fix-xiri ta’ affarijiet għad-dar, tnaqqis fl-infieq fis-saħħa.

Tags