L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ torri ta’ 32 sular bħala parti mill-proġett ta’ Mercury House f’Paceville.
It-tibdiliet, li jinkludu bini ta’ kważi d-doppju ta’ dak li ġie approvat sitt snin ilu, ġew approvati b’10 voti kontra 3. Ivvutaw kontra ċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Ippjanar Vince Cassar, rappreżentant tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Ennick Bonello u s-Sindku ta’ San Ġiljan Guido Dalli.
Il-proġett jinkludi 48 kamra ta’ lukanda, 275 appartament, madwar 3,300 metru kwadru ta’ ħwienet, alterazzjonijiet għal erba’ sulari ta’ parkeġġ taħt l-art, u r-restawr ta’ Mercury House li hi binja mill-aħħar tas-Seklu 19.
Se jkun hemm aċċess għall-Cold War Vaults li jinsabu taħt l-art, iżda għad mhux magħruf x’se jkun l-użu tagħhom.
Waqt is-smigħ tal-każ, diversi membri tal-bord semmew kif l-applikazzjoni ġiet approvata, minkejja li għad m’hemmx il-masterplan għal Paceville.
//= $special ?>