Il-kantant ta’ fama dinjija, Elton John, ħabbar li mhux se jkompli jivvjaġġa biex jagħti l-kunċerti madwar id-dinja, biex ikun jista’ jagħti priorità lil familtu.
Meta tkellem fi New York, iżda, Elton John qal li għandu jsellem lill-fans b’sensiela ta’ 300 kunċert fuq perjodu ta’ tliet snin, bħala parti minn World Tour finali
‘Dan ma jfissirx li minix se nkun kreattiv, iżda wasal iż-żmien li jien, wara l-programm li jmiss, ngħid daqshekk għat-tours mużikali’, sostna Elton John.
Fl-istess ħin, Elton John ċaħad għal rapporti fl-istampa li qalu li hu kien qed jirtira minħabba problemi tas-saħħa.
Elton John se jieqaf mill-kunċerti
