Lokali

“Il-ftehim tal-Gvern mal-VGH mhux fl-interess nazzjonali”

Il-Vitals Global Healthcare, il-kumpanija li l-gvern għaddielha t-tmexxija ta’ 3 sptarijiet f’pajjiżna, m’għandiex flus biex taħdem għaliex il-banek ma tawhiex u aħna konna bassarna li l-VGH kienet se tikkollassa. Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-Assocjazzjoni Medika Maltija, l-MAM, Martin Balzan waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad.

Is-Segretarju Ġenerali tal-MAM, Martin Balzan, kompla jispjega għalfejn huma jaħsbu li l-ftehim mal-VGH falla u qal li l-mod kif sar il-ftehim jekk l-VGH tagħlaq tkun marret aħjar milli kieku ħadmet it-tlett sptarijiet. Hawn Balzan iddeskriva l-ftehim tal-Gvern mal-Vitals bħala wieħed mhux fl-interess tan-nazzjon.

Skont l-Assoċjazzjoni Medika Maltija l-VGH waqqgħet il-livell fejn jidħlu tobba.

Martin Balzan, waqt il-programm Iswed fuq l-Abajd appella sabiex il-gvern jirranġa l-affarijiet hekk kif għadu biċ-ċans u dan mhux biex tirbaħ il-MAM imma biex il-ftehim ikun fl-interess nazzjonali.