Lokali Parlament

Il-Gvern inganna lin-nies meta bigħ l-isptarijiet

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna li l-gvern inganna lin-nies fuq l-isptarijiet li nbiegħu lil nies li ma jifhmux fl-isptarijiet, lil min hu imbruljun u u lil inganna lin-nies.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-industriji tal-gaming u tal-farmaċewtika, tal-marittima u l-avjazzjoni ġabhom Gvern Nazzjonalista. Dan hu gvern li sab pedamenti sodi għal ekonomija b’saħħitha fejn il-pajjiż qed jiggwgadana minn €1000 biljun mill-UE.

Hu sostna li anki jekk l-gvern għandu surplus, il-gvern għandu l-obbligu li ma jberbaqx flus il-poplu. Il-gvern ta l-isptarijiet Maltin lil kumpanija li għażlu huma. Minn wara dahar il-Malitn il-Gvern iddeċieda li jbigħ tliet sptarijiet. Il-Ministru Konrad Mizzi mar jiftiehm ma kumpanija li m’għandha ebda eserjenza fis-saħħa u għaddielha l-isptarjiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-Gvern kien qal li l-VITALS kienet ingħażlet wara sejħa għall-offerti meta fil-fatt il-Gvern kien diġà ftiehem bil-kitba u b’MOU li kienet se toroġ offerta iżda l-MOU kien iffirmat mal-VITALS. Dan kien wieħed mill-fatturi li wassal biex il-Prim Ministru mar għal elezzjoni sena qabel minħabba l-biża’ li tinkixef il-korruzzjoni. Skandlu ieħor hu l-AUM li ma ta ebda frott bħall-isptarijiet. Dan hu gvern li nganna lin-nies anki fuq l-isptarijiet li ngħataw lil nies li ma jifhmux fl-isptarijiet, lil min hu imbruljun u nganna lin-nies.

Beppe Fenech Adami qal li l-VITAL qed jingħataw €180,000 kuljum għal total ta’ €70 miljun fs-saħħa biex issa dawn biegħu kollox. Sa Jannar 2017 kellhom iżidu s-sood f’Karin Grech. f’San Luqa. Il-Gvern ma ħax passi dwar dan anzi l-Gvern qed jassumi r-responabbiltà. Flok sptar ġdida f’Għawdex hemm biss ħofra.

Beppe Fenech Adami qal li anki fuq il-kumpanija l-ġdida li daħlet jirriżulta li għandhom rekord li jidħlu fi sptarijiet u jnaqqsu l-ispiża billi jitnaqqsu l-ġranet tal-pazjenti fl-isptar u jitwettqu miżuri oħra biex tkun tista’ tbigħ l-isptar u tagħmel profitt.

Hemm nies li qed ibatu minkejja li l-gvern jgħid li qed jagħmel surplus. L-istess problemi huma fis-settur tad-djar iżda l-gvern ma bena l-ebda appartament. Illum il-pulizija qed tipproteġi lill-korrotti fejn it-talbiet tal-uions, fosthom it-talba għal ġimgħa ta’ 40 siegħa, mhux jinstemgħu.