Lokali Parlament

Il-Parlament ifakkar il-vittmi tal-Olokawst

Il-Parlament Malti fakkar l-Olokawst tan-Nażisti fejn f’diskors mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, mill-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne u mid-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici kienet enfażizzata l-importanza li l-mibgħeda ktun eliminata biex ma jitwettqux iktar massakri ta’ persuni.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia semma d-diversi massakri oħra li twettqu madwar id-dinja u qal li mll-1973 l hawn fl-Amerika biss nqatlu madwar 60 miljun tarbija; liema trabi kellhomx ċans isemmgħu leħinhom. Hu qal li teżisti ironja li fl-Istrixxa ta’ Gaża hemm 2 miljun persuna maqfula u bla dinjità fejn lanqas teżisti ekonomija.

Il-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne qal li fl-2005 l-Assemblea tal-Gnus Magħquda ddeċidiet li fis-27 ta’ Jannar tfakkar lill-vittmi tar-Reġim Nażista bejn l-1933 u l-1945. Kien fis-27 ta’ Jannar 1945 li r-Russi lliberaw l-aħħar persuni li kienu miżmuma fil-kampijiet ta’ konċentrament.

F’dan il-jum titfakkar it-tolleranza u sostna li Malta batiet sew f’dak il-perjodu b’attakki mill-ajru. Dan wassal biex lokalitajiet u familji sħaħ inqerdu. Aktar ma jgħaddi żmien aktar jonqsu n-nies li għaddew minn dawn l-esperjenzi.

Il-Viċi-Prim Ministru Fearne qal li l-komunità internazzjonali għandha tieħu t-tagħlimiet minn dawn l-esprjenzi għalkemm xorta baqgħu u għadhom isiru massakri fi gwerer bħar-Rwanda u s-Sirja. Hu qal li l-mibgħeda twassal għal dawn il-massakri, li jitwettqu b’teknoloġiji ta’ terrur differeti. Din ukoll hi xjenza qerrieda. Għalhekk għandha tingħata vuċi lil min m’għandux waqt li t-tolleranza għandha tkun il-bażi ta-ssoċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qalk li l-memorja ta’ dak li għaddew innu s-6 miljun Lhudi li nqatlu fl-Olokawst m’għandha tintemm qatt. Hu tkellem dwar il-banalità tal-ħażin li fih r-Reġim Nażista għamel sistema li joqtol lil-Lhud sempliċiment għax huma Lhud. Il-popli għandhm jibqgħu jiftakru dak li għaddew minnhom il-Lhud fl-Olokawst.

Carm Mifsud Bonnici sostna li għandu jkun assigurat li kull sena s-soċjetà Malitja tfakkar mem hu ikrah in-Nażiżmu u l-Faxxiżmu u kemm it-toroq ta’ Hitler u Mussolini kienu ħżiena.