Internazzjonali

Inċident qattiel b’ferrovija barra Milan

L-investigaturi fl-Italja qed jindagaw x’wassal biex ferrovija pakkjata bil-passiġġieri toħroġ mil-linji tagħha fil-limiti ta’ Milan. L-inċident ħalla talanqas tlieta mejtin u ‘il fuq minn għaxra midruba gravi.

L-aħħar rapporti qalu li diversi nies kienu salvati mit-tifrik tal-vaguni tal-ferroviji li qabżu l-linji qrib l-istazzjon ta’ Pioltello Limito waqt ir-rush hour ta’ filgħodu.

Ix-xhieda qalu li l-ferrovija ‘theżżet għal ftit minuti’ qabel l-inċident, bl-awtoritajiet qed jinvestigaw il-possibbiltà ta’ problema fl-infrastruttura tal-binarji tal-ferrovija bħala l-kaġun potenzjali.