Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 41 sena mill-Furjana ġarrbet ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, intlaqtet minn vettura fi Triq Abela Skolaro fil-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Ford Fiesta li kienet qegħda tinstaq minn raġel ta’ 79 sena li joqgħod Santa Venera.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.