Il-kowċ Portugiż Jose Mourinho ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester Utd u issa hu marbut magħhom sal-2020. Il-kuntratt li kellu kien se jiskadi fl-2019.
Ta’ min jinnota li Mourinho għandu għażla biex fl-2019 jerġa’ jġedded dan il-kuntratt b’sena.
Hu kien ingħaqad mar-Red Devils qabel l-istaġun 2016-17 u fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Man Utd rebaħ iċ-Charity Shield, il-League Cup u l-Europa League. Hu kien ħa post Louis van Gaal.
Grazzi għall-fatt li rebħu l-Europa League, Man Utd ikkwalifikaw awtomatikament għaċ-Champions League, anke jekk fil-kampjonat ma spiċċawx mal-ewwel erbgħa.
//= $special ?>