Lokali Parlament

Is-saħħa mentali teħtieġ attenzjoni urġenti

-Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-gvern għandu jagħti attenzjoni urġenti lis-settur tas-saħħa mentali għaliex hemm diffikultajiet kbar li qed ikollhom effetti negattivi fuq l-pazjenti.

Fil-parlamnet fid-dibattitu dwar l-estimi Claudette Buttigieg qalet f’Ottubru 2015 kien tħabbar li l-gvern kien kiser il-liġi għax ma ppreżentax ir-rapport annwali dwar is-saħħa mentali. Din is-sena l-gvern reġa’ għmel l-istes skbur ta’ liġi.

Jirriżulta li din is-sena r-rapport tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra meta dan ir-rapport hu datat 10 ta’ Novembru 2017 u meta l-gvern supposst poġġuh sal-10 ta’ Jannar 2018. Dan is-settur importanti ma jistax ikun injorat, sostniet Claudette Buttigieg.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li fir-rapport tiegħu l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali ġibed l-attenzjoni tal-gvern fuq affarijiet serji u minkejja li ra titjib mill-2015 għall-2016 iddikjara wkoll li l-ambjent tal-ħarsien fis-swali ta’ Monte Carmeli mhux tajjeb. Mhux talli hemm differenza bejn il-kura f’Monte Carmeli u Mater Dei, iżda hemm differenza kbira bejn swali f’Monte Carmeli.

Il-€180,000 kuljum li qed jingħataw lill-VGH jistgħu jingħataw lil Monte Carmeli għal dan it-tijib meħtieġ, qalet id-deputat Nazzjonalista, li rriferiet għal ritratti dwar l-istat ħażin li jinsab fih l-Isptar Karin Grech llum u li jikkonfermaw kemm il-VGH m’għamlu l-ebda investiment u modernizzar.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ftehim mal-VITALS hu dubjuż tant li wieħed mill-investituri hu mfittex fuq frodi u serq fil-Kanada. Il-VITALS għandha xamma ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus li issa sparixxiet minn Malta. Dawn biegħu dak li hu tal-poplu. Dan hu ftehim massiċċ ta’ €2 biljun.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Intervention Crisis Unit għandu importanza kbira u staqsiet fejn tinsab din it-taqsima llum.