Raġel ta’ 45 sena residenti l-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tal-għamla Daihatsu Sirion li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena li tgħix in-Naxxar.
Malli seħħ dan l-inċident għall-ħabta tal-4:30PM fi Triq Notabile, Birkirkara, il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post.
Is-sewwieq tal-mutur tat-tip Piaggio Vespa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>