Edukazzjoni Lokali

AĠĠORNATA: Kjarifika dwar it-tibdil fil-class allowance

Minkejja dak li intqal f’diversi gruppi Fuq facebook, Net News jista’ jikkonferma illi mhuwiex minnu li minn dan ix-xahar daħlet bidla fil-ħlas tal-allowances tal-għalliema. Dan kien konfermat anke mill-MUT innifisha f’komunikazzjoni mal-għalliema.

Sa dalgħodu kien qed jingħad illi mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kull min jieħu sick leave se titnaqqaslu il-class allowance li kien jieħu. Dan fil-fatt mhuwiex minnu.

Wieħed irid jirrimarka li din il-materja ma taqax parti mill-Ftehim Kollettiv.