Kellha tissejjaħ il-Pulizija f’diversi stabbilimenti ta’ katina ta’ supermarkets fi Franza. Dan minħabba l-ġlied li nqala’ wara li l-katina ta’ supermarkets Intermarche ħabbret li kienet raħset in-Nutella b’70 fil-mija – minn 4.50 għal 1.40 ewro.
POUR DU #Nutella MDRRRRRRR 😂😂😂😂😂😂😂😂
>>> https://t.co/2UaHI8Ovad pic.twitter.com/GFR99t1K0L
— King kdo (@KINGKDOO) January 25, 2018
F’xi stabbilimenti kellha tintervjeni l-Pulizija tant inqala’ inkwiet bejn il-klijenti biex jaħtfu l-vażetti tan-Nutella, b’xhieda jgħidu li x-xeni ta’ kaos li kien hemm kienu jixbħu dawk ta’ irvell.
Inkwiet kien rappurtat fl-istabbilimenti tal-Intermarche f’Ostricourt, f’Roubaix f’Wingles u f’ Marles-les-Mines. Fi stabbiliment f’Saint-Cyprien, in-nies ħebbew għal impjegat tas-supermarket li kien qed iġorr il-kaxex biex jitpoġġew għall-bejgħ. F’supermarket f’ Montbrison, kien deċiż li persuna setgħet tixtri mhux aktar minn tliet vażetti.
Serieux ??!! Tout ça pour du Nutella ?! 😮 #Emeute #Nutella pic.twitter.com/UoNTmK78eE
— •KENNY LE BON• (@kennyLebon) January 25, 2018
F’xi stabbilimenti, il-kunsinja kollha nħatfet wara 15-il minuta.
Il-kumpanija Ferrero, li tipproduċi n-Nutella, ħarġet stqarrija tgħid li ma kellhiex x’taqsam mar-roħs fil-prezz u li din kienet inizjattiva mill-Intermarche waħedha.


