– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjoalista Claudette Buttigieg sostniet li l-problem tat-teħid tad-droga hi waħda gravi bil-konsegwenza li l-Isptar Monte Carmeli qed ikollu petssjonijiet kbar effetti negattivi fuq il-pazjenti.
Fl-Aġġornament Claudette Buttigieg semmiet pazjenti bil-Hepitites C, li għandhom kundizzjoni kronaka. Il-gvern jagħti biss mediċina għal min jasal Level 4 meta l-fwied tal-pazjenti jkun wasal fi stadju gravi ħafna u l-fejqan hu diffiċli mmens. Biex pazjenti Maltin jingħataw il-mediċini jridu jmorru għand spċejalista jaraw f’liema stadju qiegħdin biex jitolbu l-għajnuna mingħand il-Communtiy Chest Fund.
Il-mediċina tiswa €1200, li jkunu rifondati mill-MCC. Il-Gvern għandu miljuni kbar li qed iqassahom iżda dawn il-pazjenti qed ikollhom imorru għand il-CCF għall-kura. Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali ddikjara li hemm żieda fil-persuni li jidħlu Monte Carmeli minħabba l-abbuż tad-droga.
Dan filwaqt li s-swali dedikati għal min jabbuża mis-sustanzi lleċti huma mimlija. Is-sala 8B hi fi stat inaċċettabbli u l-Kummissarju jirrakomanda li l-pajjiż irid jirrikonoxxi li hawn problema nazzjonali. Is-servizzi f’Monte Crameli mhux jaħdmu kif suppost, sostniet Claudette Buttigieg.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li s-sitwazzjoni hi li min għandu l-Hipatite C m’għandux il-flus għall-mediċina. Hawn kriżi nazzjonali fl-abbuż tad-droga u fil-kura għal dawn il-persuni. Hi sellmet lill-għaqdiet volonatrji kollha li jaħdmu f’dan is-ettur. Bla dubju li jridu jittieħdu l-azzjonijiet għaliex fi stadju ta’ kumitat il-parlament lanqas ma ddiskuta din is-sitwazzoni gravi.
//= $special ?>