Fi Triq Żebbuġ, iż-Żebbuġ Għawdex għad hemm periklu kbir li jista’ jwassal għal traġedja. Dan minkejja diversi appelli lil Transport Malta mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex.
Dan wara li l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tal-5p.m. seħħ inċident ieħor f’din it-triq.
Il-Viċi Sindku Daniel Cordina f’post fuq facebook appella lill-Awotrita’ tat-Trasport biex ma tkomplix tkaxkar saqajha biex tagħmel sempliċi sinjal isfar u b’hekk ma jkomplix isir parkeġġ mill-karozzi fil-parti li qed tohloq periklu lil kull resident u lil dawk kollha li jagħddu minn din it-triq prinċipali fil-lokalita’.
Daniel Cordina sostna li dan ma kienx l-ewwel inċident f’din it-triq, u li jekk mhux se tittieħed azzjoni, se nkunu qed nistennew li sseħħ traġedja, għalaqstant appella biex tittieħed azzjoni qabel ma jkun tard wisq.