Lokali

Jieqfu n-negozjati bejn l-MCAST u l-MUT

In-negozjati bejn l-MCAST u l-Unjin tal-Għalliema (MUT) jidher li huma staġnati.

Fi stqarrija, l-MUT spjegat kif wara l-mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MUT, MCAST talbet li ssir laqgħa konċiljatorja biex ikomplu n-negozjati. Minkejja dan, il-unjin spjegat li l-MCAST għamlitha “impossibbli” għaliha biex tattendi ġaladarba l-każ issa qiegħed quddiem il-Qorti. Il-każ se jkun qed jinstema’ nhar il-Erbgħa.

L-amministrazzjoni tal-MCAST għamlet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Unjin tal-għalliema, l-MUT biex twaqqaf l-istrajk li kellu jsir bejn ilbieraħ u llum.

Il-President tal-Unjin tal-Għalliema (MUT), Marco Bonnici, iddeskriva din l-azzjoni bħala manifestazzjoni ċara li l-MCAST qed jipprova jsikket u jwaqqaf l-Unjin milli tagħmel xogħolha fl-interess tal-membri tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li “l-inċertezza fl-MCAST hija riżultat tel-ebusija ta’ ras tal-Gvern”.

Fl-MCAST: “Il-Gvern jipprova jagħmel sarima ma’ ħalq l-għalliema” – PN