Mara dalgħodu kienet miżmuma mill-Pulizija wara li kienet akkużata li pprovat tneħħi fjuri u messaġġi minn mal-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta.
Il-mafkar jinsab mal-Monument tal-Assedju l-Kbir, faċċata tal-Qorti, fejn minn dakinhar li nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, bdew jitpoġġew fjuri u messaġġi b’turiha ta’ rispett lejn Daphne Caruana Galizia.
Madanakollu is-sit newsbook irraporta li l-mara marret hi stess biex tpoġġi l-fjuri, iżda f’ħin minnhom tfixklet fil-burdura tal-ġebel, li hemm madwar il-Monument tal-Assedju u spiċċat biex qalbet kollox.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li kien hemm rapport li mara qed tixxuttja u tipprova tneħħi l-fjuri u l-messaġġi li hemm quddiem ‘il-mafkar’ta’ Daphne.
Pulizija marrtu minnufih fuq il-post u sabu lil mara, tkellmu magħha u spjegatilhom dak li ġara.
Ritratt: Paul Borg Olivier/ facebook



