Internazzjonali

Protagonist tas-serje ‘Zeke and Luther’ ta’ Disney arrestat

L-attur Adam Hicks, li sar magħruf permezz ta’ produzzjonijiet tal-kumpannija Disney, spiċċa arrestat għal serq armat f’Kalifornja, wara li allegatament hedded b’arma lil żewġ nisa anzjani, meta kellu wkoll lit-tfajla tiegħu bħala kompliċi.
Hicks, li għandu 25 sena, u t-tfajla tiegħu, Danni Tamburo, kienu javviċinaw lin-nies huma u jippassiġġaw fiz-zona ta’ San Fernando Valley waqt li jippuntawlhom arma tan-nar u jinsistu ‘biex il-vittmi jagħtuhom il-flus, it-telefons ċellulari u oġġetti oħrajn ta’ valur’.

Adam Hicks
L-attur żgħażugħ kemm il-darba uża l-media soċjali biex jibgħat il-messaġġi li jispiraw lin-nies b’enfasi ‘dwar l-importanza li persuna tibqa’ umli u ta’ qalb tajba’.
L-awtoritajiet qed jgħidu li Hicks kien involut f’talanqas ħames każi ta’ serq armat.
Adam Hicks sar magħruf għas-sitcom ta’ Disney bl-isem Zeke and Luther; kif ukoll għall-produzzjoni għat-televiżjoni Pair of Kings u l-film Lemonade Mouth.