Lokali

AĠĠORNATA: Raġel f’kundizzjoni kritika wara li nstab mitluf minn sensieh b’daqqiet ta’ sikkina

Raġel Tuneżin ta’ 31 sena mill-Floriana jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija nstab mitluf minn sensieh u b’daqqiet ta’ sikkina.

It-Tuneżin instab għall-ħabta tat-tmiena u nofs fi Triq il-Miratur, Floriana.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li qed jinsab f’kundizzjoni kritika.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa.