Internazzjonali

RITRATTI: L-Awstraljani jiċċelebraw l-Australia Day.

Waqt li l-poplu Awstraljan, illum, qed jiċċelebra l-Jum Nazzjonali – jew Jum l-Awstralja jew Australia Day – saru wkoll protesti min dawk li qed jinsistu għal bidla fid-data ta’ din il-vaganza nazzjonali minħabba r-rabtiet tagħha mal-kolonjaliżmu u t-trattament ħażin tal-Aboriġini indiġeni.

L-Australia Day jimmarka d-data meta l-‘L-Ewwel Flotta’ tal-Britanniċi kienet daħlet fil-Port ta’ Sydney fl-1788 u dikjarat it-territorju bħala mhux okkupat, minkejja li l-Britanniċi kienu kkonfrontaw lill-Aboriġini u r-residenzi stabbiliti.
L-Aboriġini jirreferu għal-lum – is-26 ta’ Jannar – bħala l-‘Jum tal-Invażjoni’. Fl-istess ħin, l-iskejjel – u xi universitajiet – tal-Awstralja qegħdin jgħallmu dwar iż-żewġ ‘fehmiet taċ-ċirkustanzi’, waqt li jkompli d-dibattitu dwar kif wieħed jirrikonċilja mal-passat tal-pajjiż.