Lokali

Surġent u Kuntistabbli feruti b’arma taqta u bil-ponta fil-Floriana

Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija kienu attakkati b’sikkina meta dalgħodu għall-ħabta tad-9a.m. ssejħu minħabba li kien hemm raġel suspettuż fi ġnien Vilhena il-Floriana.

Meta marru fuq il-post, iż-żewġ uffiċjali sabu raġel jaqta’ l-ħaxix b’arma taqta u bil-ponta.

Meta l-Pulizija ordnaw iż-żagħżugħ li għandu 23 sena miċ-Chad biex ineħħi l-arma minn idejħ, ir-raġel beda jirreaġixxi b’mod agressiv u jxejjer l-arma.

L-agressur, li hu milll-Marsa, irreżista l-arrest u kien f’dan il-ħin li Surġent u Kuntistabbli sofrew xi ġrieħi f’idejhom.
Ir-raġel qed jinzamm arrestat, filwaqt li għaddejjin Investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.

Iktar tard il-Kuntistabbli ġie ċċertifikat li sofra ksur, filwaqt li s-Surġent sofra ġrieħi ħfief.